Lokali

Raġel ferut wara li ntlaqat minn bieba ta’ xarabank waqt li kien qed ibiddel puncture

Ritratt mill-arkivji

Raġel ta’ 40 sena miż-Żurrieq spiċċa b’feriti f’rasu wara li ntlaqat minn bieba ta’ xarabank waqt li kien qed ibiddel puncture fi Triq il-Buqana, limiti tar-Rabat.

Jirriżulta li r-raġel u persuna oħra li kienu fuq trakk tal-kostruzzjoni kellhom jieqfu fil-ġenb tat-triq ewlenija biex ibiddlu l-puncture.

Ftit wara għaddiet xarabank li nfetħitilha l-bieba tal-ġenb tal-bagalji. Waqt li wieħed miż-żewġt irġiel kien qed ibiddel it-tyre irnexxilu jitbaxxa u jevita l-bieba, filwaqt li sieħbu ntlaqat f’rasu u kellu jittieħed l-isptar b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

It-triq mill-Mosta lejn ir-Rabat għal xi ħin kellha tingħalaq għat-traffiku.