Internazzjonali

RITRATTI: Is-santwarju tal-qtates ta’ Aleppo

Fost id-disperazzjoni u kruha kollha li l-gwerra ġabet magħha fis-Sirja, Mohammad Alaa Aljaleel, paramediku Sirjan f’Aleppo, sab il-ħin ukoll biex jiftaħ santwarju għall-qtates fil-kampanja fil-Punent tal-belt. Ta’ kull qattus li tħalla hemm Alaa ħa ritratt u filmat li jibgħat lil dak li jkun ħallih hemm hekk kif kien qed jaħrab mill-gwerra. Hu wkoll jikkollabora ma’ kindergarten u tobba li jieħdu t-tfal hemm bħala terapija. (Ritratti: EPA)