Lokali

Sessjonijiet ta’ qari ma’ service dogs fl-iskola San Andrea

Studenti mill-iskola San Andrea se jibda’ jkollhom sessjonijiet ta’ qari ma’ klieb mill-Fondazzjoni Service Dogs Malta. Dawn is-sessjonijiet bdew minn dan ix-xahar.

Fi stqarrija l-iskola qalet li temmen li l-klieb huma ta’ kumpanija ideali għat-tfal b’mod partikolari fil-fażi tagħhom tal-iżvilupp. Infatti riċerka turi li meta t-tfal jaqraw fil-kumpanija ta’ klieb, b’mod partikolari ‘service dogs’, it-tfal ikunu mgħejuna biex itejbu l-qari tagħhom u li dan eventwalment jista’ jwassal għal titjib fl-avvanz akkademiku tagħhom u li jibdew jħarsu b’mod aktar pożittiv lejn l-edukazzjoni.

Iċ-Chairman tal-iskola Kevin Spiteri, u Dorothy Lapira, li hi l-Kap tal-‘Early and Middle School, rringrazzjaw lill-għalliema u lill-ġenituri tat-tfal għall-koperazzjoni li wrew f’dan il-proġett.