Lokali

Tifla ta’ 5 snin tittajjar minn karozza fil-Mosta

S'issa għadha mhux magħrufa l-kundizzjoni tat-tifla

Tittajjar tifla ta’ 5 snin minn karozza fil-Mosta. L-inċident seħħ fi Triq San Tumas Dingli għall-ħabta tat-3.30pm.

Il-karozza involuta fl-inċident hi Toyota IQ ħadra misjuqa minn raġel ta’ 52 sena mill-Mosta.

S’issa għadha mhijiex magħrufa l-kundizzjoni tat-tifla, madanakollu hi ttieħdet lejn l-isptar Materi Dei għall-kura.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.