Minkejja r-rebħa ta’ 2-0 fil-Ġermanja kontra Leipzig, Napoli ma rnexxielhomx jgħaddu mal-aħħar sittax tal-Europa League, wara li Leipzig kieneu rebħu l-ewwel leg f’San Paolo 3-1.
Il-konfront intemm b’aggregate ta’ 3-3 iżda kienu Leipzig li kkwalifikaw grazzi għat-tliet gowls skorjati f’Napli.
Kien trijonf doppju għall-klabbs Ġermaniżi fuq il-klabbs Taljani għaliex anki fil-konfront bejn Atalanta u Borussia Dortmund kienu l-Ġermaniżi li għaddew għar-rawnd li jmiss.
Atalanta riedu rebħa minima wara t-telfa ta’ 2-3 fil-Ġermanja u dehru li se jirnexxielhom meta wara 11-il minuta Toloi fetaħ l-iskor għall-Bergamaschi.
Iżda lejn it-tmiem Borussia Dortmund irnexxielhom jiksbu l-gowl tal-kwalifikazzjoni wara inċertezza tal-goalkeeper Berisha u l-konklużjoni rebbieħa tas-sostitut Schmelzer.
Lazio renexxielhom idawwru r-riżultat kontra Steaua Bucharets b’rebħa ta’ 5-1 fl-Olimpico.
It-im l-ieħor Taljan Milan, kif kien mistenni ma falliex wara r-ebħa ta’ 3-0 fil-Bulgarija.
Il-bieraħ f’San Siro Milan rebħu grazzi għal gowl ta’ Borini fl-ewwel taqsima.
Arsenal ukoll bdew b’vantaġġ ta’ 3-0 miksub fl-ewwel leg fl-Iżvezja, iżda nkredibilment mar ċewġ gowls minn taħt fl-ewwel taqsima.
Minkejja li ma evitawx it-telfa, Arsenal aċċertaw mill-kwalifikazzjoni bil-gowl ta’ Kolasinac kmieni fit-tieni taqsima.
Is-sittax-il tim li kkwalifika l-bieraħ. illum ikun fl-urna f’Nyon ghall-polza tar-rawnd tal-aħħar sittax.