Sport Sport Ieħor

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista preżenti għall-Kampjonat Ewropew tal-Eight Ball Pool

Nhar il-Ħamis il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar iż-Żgħażagħ, l-iSport u l-ġlieda kontra l-Obeżità, Ryan Callus żaru lukanda ewlenija f’Malta fejn fiha kienu qed jintlagħbu partiti mill-Kampjonat Ewropew tal-Eight Ball Pool, kampjonat li jiġi fi tmiemu proprju llum.

F’dan il-kampjonat, li kien organizzat mill-Malta Pool Association, ħadu sehem 500 plejer minn 12-il pajjiż differenti filwaqt li pajjiżna kellu 42 plejer li ħadu sehem fi tmien kategoriji differenti.