Lokali

Iswed fuq l-Abjad : Leaks u inċertezza fil-Partit Laburista

Id-dikjarazzjoni ta’ Joseph Muscat, ħmistax ilhu, fejn ikkonferma li mhux se jmexxi l-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, jidher li qajmet ferment fi ħdan l-istess partit. Tant li l-Ħadd li għadda, Muscat deher li kien qed jagħmel irtirata – ankè jekk sorsi fi ħdan il-Partit Laburista jgħidu li Musact se jitlaq, iżda qed jagħmel pressjoni biex nies bħal Chris Fearne ma jgħollux rashom – u b’hekk ifallu l-pjanijiet ta’ Muscat, u Keith Schembri li fit-tmexxija tal-Partit Laburista jridu lil Miriam Dalli.

Waqt Iswed fuq l-Abjad, l-Erbgħa filgħaxija l-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef kompla fejn ħalla Muscat il-Ħadd li għadda u ta’ x’jifhem li Muscat se jibqa’.

Minn naħa tagħha, l-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Kristy Debono fakkret kif din mhix l-ewwel darba li Muscat jgħid ħaġa u jagħmel oħra.

Waqt Iswed fuq l-Abjad ġie diskuss ukoll il-programm LEAD. Dan il-programm, li l-iskop tiegħu intqal li hu li jressaq in-nisa lejn il-Partit Laburista, huwa mmexxi mill-MEP Miriam Dalli. Fl-aħħar ġranet, żewġ parteċipanti ta’ dan il-programm tkellmu ma il-MUMENT u żvelaw kif dan il-grupp kien qed iservi biex jimbotta lil Dalli għat-tmexxija tal-partit, u fejn nisa ġew diskriminati fuq kif jidhru, mhux fuq il-ħiliet tagħhom. Il-President tal-Partit Laburista qal li dawn il-leaks mhux minnhom ankè jekk Kristy Debono qaltlu li l-Ħadd li ġej se jkun hemm persuna oħra li se titkellem ma’ il-MUMENT.

Mistoqsi ta’ min hi l-VITALS, Daniel Micallef ma weġibx.

Kristy Debono minn naħa tagħha spjegat kif il-gvern qed jibqa’ jinjora t-talbiet tal-Union tat-tobba u rappreżentanti oħrajn fil-qasam tas-saħħa biex il-gvern ipoġġi l-karti kollha fuq il-mejda.

Mistoqsi mill-preżentatur tal-programm, dwar min hemm wara l-fabbriki tal-kannabis, li l-gvern laburista jrid jagħmel fuq medda kbira ta’ raba verġni fiż-Żejtun, il-President tal-Partit Laburista qal li ma jafx.

Il-Partit Nazzjonalista, permezz tal-Kap Adrian Delia għamel pressjoni kbira biex il-gvern ma jeqridx raba fiż-Żejtun, u l-Ħadd li gĦadda propju żar dan is-sit.