Ilbieraħ wasal Malta l-katavru tal-Malti li miet f’inċident fit-Tajlandja fl-aħħar ta’ Jannar li għadda.
Il-Malti, Alfred Balzan ta’ 78 sena mill-Ħamrun kien qed isuq mutur meta ttajjar minn karozza f’Phitsanulok. Skont rapporti lokali, hu kien ilu jgħix it-Tajlandja 14-il sena sħaħ qabel seħħ l-inċident.
L-aħbar kienet ħarġet l-ewwel f’siti tal-aħbarijiet tat-Tajlandja, li kienu rrappurtaw li l-Malti kien miet f’inċident tat-traffiku għall-ħabta tal-11 ta’ filgħodu. Il-Malti kien qed isuq mutur tat-tip Honda meta ttajjar minn SUV tat-tip Isuzu.
Il-funeral tar-raġel se jsir għada, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Bormla.
//= $special ?>