Edukazzjoni Lokali

L-FES tgħid lil dawk milquta biex “jifhmu” lill-Fondazzjoni

Arkivji: L-entratura tal-kulleġġ Primarja B ta' Maria Regina fil-Mosta
Wara li se jiġu mġiegħla jħallsu lura flus li rċevew għax-xogħol li għamlu.

Wara li għexieren jekk mhux mijiet ta’ persuni se jkollhom iħallsu lill-Gvern f’eluf ta’ ewro minħabba “żball tekniku” mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi, l-FES ħarġet stqarrija xotta li fiha talbet lil dawk milquta biex “jifhmu” lill-Fondazzjoni.

Fi stqarrija, l-FES qalet li filwaqt li qed titlob apoloġija lil dawk konċernati, titlob ukoll lill-impjegati affettwati jifhmu li l-Fondazzjoni qed titlobhom iħallsu lura dak li ngħataw bi żball peress li għandha responsabbiltà lejn il-pubbliku.

Waqt li talbet apoloġija lil dawk konċernati, l-FES qalet li l-medja ta’ rifużjoni hija ta’ €70 kull persuna. Il-Fondazzjoni spjegat li żball intern li kien sar matul is-sena li għaddiet fisser li l-Fondazzjoni ħallset pagamenti żejda permezz ta’ imputting skorrett relatat ma’ vacation leave, lil persuni li ħadmu f’numru ta’ inizjattivi diversi.

Wara li ħadmu sajf sħiħ… qed jitolbuhom il-flus lura