Malta tinsab f’riskju li titlef miljuni ta’ Ewro f’fondi mill-Unjoni Ewropea, dan hekk kif l-istati membri se bdew jiddiskutu u jressqu proposti ġodda ta’ kif se jitqassmu l-fondi Ewropej għal wara s-sena 2020- u b’hekk jibda jifforma l-budget Ewropew għas-seba’ snin ta’ wara.
Jidher li Malta se jkollha triq diffiċli quddiemha biex tkun kapaċi żżomm il-pakkett finanzjarju favorevoli li għandha bħalissa. Fis-sena 2013, l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi kien kiseb €1.2 biljun ewro mill-fondi Ewropej għal Malta, fejn dan l-aħħar ftehim kien alloka l-fondi għas-snin 2014 sal-2020.
Informazzjoni minn Brussell qed tistqarr li Malta mhijiex twassal leħinha biżżejjed biex takwista l-fondi f’dan il-budget, bir-riżultat ikun dak li se ddur kontra pajjiżna fin-negozjati tal-allokazzjoni tal-flus.
Minn mindu Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea fl-2004, pajjiżna dejjem kien meqjus mal-għola benefiċċjarji fost it-28 stat membru – dan ifisser li Malta dejjem daħlet ħafna aktar flus milli tat lill-Unjoni Ewropea. Iżda din il-pożizzjoni tista’ tintilef wara s-sena 2020.
Fi Frar tas-sena 2013, Malta kien irnexxiela ġġib €1.2 biljun minkejja li pajjiżna kien qabeż l-medja Ewropea tal-Prodott Gross Domestiku – għalhekk Malta mhux sippost kienet tikkwalifika għal somma daqstant kbira. Madanakollu, l-Gvern Nazzjonalista ta’ dak iż-żmien kien argumenta li Malta kien għadu pajjiż fi tranżizzjoni u għalhekk ried aktar fondi Ewropej.
Il-Kummissjoni Ewropea mistennija titkellem fuq dan il-budget f’Mejju li ġej.
//= $special ?>