Lokali

“Muscat iħossu kommoss” – il-President tal-Partit Laburista

Daniel Micallef, President tal-Partit Laburista
Il-President tal-Partit Laburista ma jweġibx ta' min hi Vitals, u min hemm wara l-fabbriki tal-kannabis

Id-dikjarazzjoni ta’ Joseph Muscat ta’ ħmistax ilu, fejn ikkonferma li mhux se jmexxi l-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, jidher li qajmet ferment fi ħdan l-istess partit. Tant li l-Ħadd li għadda, Muscat deher li kien qed jagħmel irtirata – anke jekk sorsi fi ħdan il-Partit Laburista jgħidu li Musact se jitlaq, iżda qed jagħmel pressjoni biex nies bħal Chris Fearne ma jgħollux rashom – u b’hekk ifallu l-pjanijiet ta’ Muscat, u Keith Schembri li fit-tmexxija tal-Partit Laburista jridu lil Miriam Dalli.

Waqt Iswed fuq l-Abjad, l-Erbgħa filghaxija l-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef kompla fejn ħalla Joseph Muscat il-Ħadd li għadda u ta’ x’jifhem li Muscat se jibqa’, għaliex il-Mexxej Laburista “jinsab kommos”.

Minn naha tagħha, l-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono fakkret kif din mhix l-ewwel darba li Muscat jgħid ħaġa u jagħmel oħra

Waqt Iswed fuq l-Abjad ġie diskuss ukoll il-programm LEAD. Dan il-programm, li l-iskop tiegħu intqal li hu li jressaq in-nisa lejn il-Partit Laburista, huwa mmexxi mill-MEP Miriam Dalli.

Fl-aħħar ġranet, żewġ parteċipanti ta’ dan il-programm tkellmu ma’ il-mument u żvelaw kif dan il-grupp kien qed iservi biex jimbotta lil Dalli għat-tmexxija tal-partit, u fejn nisa ġew diskriminati fuq kif jidhru, mhux fuq il-ħiliet tagħhom. Il-President tal-Partit Laburista qal li dawn il-leaks mhux minnhom anke jekk Kristy Debono qaltlu li l-Ħadd li ġej se jkun hemm persuna oħra li se titkellem ma’ il-mument.

Mistoqsi ta’ min hi l-VITALS, Daniel Micallef ma weġibx.

Kristy Debono minn naħa tagħha spjegat kif il-gvern qed jibqa’ jinjora t-talbiet tal-Assoċjazzjoni tat-tobba u rapprezentanti oħrajn fil-qasam tas-saħħa biex il-gvern ipoggi l-karti kollha fuq il-mejda

Mistoqsi mill-preżentatur tal-programm Frank Psaila, dwar min hemm wara l-fabbriki tal-kannabis li l-gvern laburista jrid ipoġġi fuq medda kbira ta’ raba vergni fiz-Zejtun, il-President tal-Partit Laburista qal li ma jafx.