Internazzjonali Kurżitajiet

Nanna ta’ 93 sena tmur tgħin lill-orfni fil-Kenja

In-nanna Irma qabel telqet lejn il-Kenja
Irma kisbet ammirazzjoni kbira minn eluf fuq Facebook

Din il-mara tar-ritratt jisimha Irma. Hi nanna ta’ 93 sena. Din il-ġimgħa telqet għal vjaġġ fil-Kenja; mhux vaganza, imma biex tgħin lit-tfal foqra ta’ dan il-pajjiż fl-Afrika.

L-istorja ta’ Irma splodiet fuq il-media soċjali grazzi għan-neputija tagħha Elisa li kitbet messaġġ mill-isbaħ fuq Facebook.

Fl-Italja, Irma qed tiġi deskritta bħala simbolu tal-altruwiżmu. Fil-Kenja hu se tkun qed taħdem l-aktar mat-tfal orfin.

Il-messaġġ tan-neputija