Lokali Qorti

Ordnati jħallsu lura dak li kien dovut lill-bank wara li twaqqfu l-pagamenti

Żewġ persuni ġew ordnati mill-Qorti t’Għawdex sabiex iħallsu s-somma ta’ €197,440.74 wara li waqqfu l-pagamenti u baqgħu ma ħallsux self li kienu ħadu mill-Bank APS.

Dan hekk kif ħareġ fid-deher li Michel u Christabelle Farrugia kienu ilhom tul ta’ snin ma jħallsux il-pagamenti dovuti u sussegwentament il-Bank APS kien bagħat ittri legali u saħansitra fetaħ mandat ta’ sekwestru kawtelatorju sabiex l-akkużati jħallsu d-dejn li kellhom mal-bank.

Għaldaqstant il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri, ikkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni valida sabiex Michel Farrugia u Christabelle Farrugia ma jkomplux iħallsu lura dak li sselfu.