Għawdex Lokali Qorti

Raġel mill-Ghana ma jingħatax il-ħelsien mill-arrest

Akkużat li seraq ammont ta' flus kontanti

Raġel mill-Ghana tressaq il-Qorti t’Għawdex kmieni dalgħodu quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri akkużat illi ftit tal-jiem ilu wettaq serqa fil-Fontana. L-akkużat għandu 37 sena.

Ir-raġel ġie akkużat li fil-21 ta’ Frar, kif ukoll fix-xhur ta’ qabel, ikkommetta serq aggravat ta’ iżjed minn €2,000 fi flus kontanti, minn stabbiliment tal-inbid, li jinsab fil-Fontana Għawdex. Ir-raġel żamm ukoll numru ta’ oġġetti misruqa.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.