Filippin ingħata sentejn priġunerija sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta li kien fil-pussess ta’ pornografija tat-trabi tat-twelid.
Ir-raġel, li jaħdem bħala aromaterapista, kien wieħed mis-seba’ irġiel arrestati aktar kmieni din il-ġimgħa waqt ħidma mill-Vice Squad, fuq informazzjoni li waslet mill-Interpol. L-ispettur li ressaq l-akkużat il-Qorti saħaq li allegatament il-persuna li ġibdet l-imsemmija filmati xokkanti inqatgħetlu għall-mewt lura fil-Filippini.
Akkużat ieħor li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih kien żagħżugħ Malti ta’ 20 sena deskritt bħala student li għandu vizzju qawwi tal-pornografija ingħata sentenza identika filwaqt li ġie ordnat sabiex jingħata l-kura għat-3 snin li ġejjin.
Dan kollu filwaqt li Malti ieħor ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €800 u garanzija personali ta’ €3,000.
Intant, filwaqt li r-raba’ akkużat ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih u nżamm taħt arrest, Sirjan talab għall-ħelsien mill-arrest madanakollu din ġiet mċaħda mill-Maġistrat Audrey Demicoli.
//= $special ?>