Pulizija miet b’attakk tal-qalb waqt lejl ta’ vjolenza kbira f’Bilbao, eżatt qabel il-logħba tal-Europa League bejn Athletic Bilbao u Spartak Moska. L-uffiċjali ġie identifikat bħala Alonso Garcia, u għandu 51 sena.
Il-Pulizija arrestaw b’kollox ħames persuni.
Minkejja li kien hemm din it-traġedja eżatt qabel il-partita, il-logħba saret xorta waħda kif programmat. Minkejja telfa ta’ 2-1, l-Ispanjoli għaddew għar-rawnd li jmiss.
B’kollox kien hemm mal-500 Pulizija fiz-zona biex jikkontrollaw lill-partitarji Russi.
Il-Prim Ministru Spanjol ikkundanna din il-vjolenza.
//= $special ?>