Futbol Sport

SPANJA: Pulizija jmut waqt ġlied qabel partita tal-Europa League

Il-logħba bejn Athletic Bilbao u Spartak Moska xorta saret kif pjanat; l-Ispanjoli jgħaddu għar-round li jmiss

Pulizija miet b’attakk tal-qalb waqt lejl ta’ vjolenza kbira f’Bilbao, eżatt qabel il-logħba tal-Europa League bejn Athletic Bilbao u Spartak Moska. L-uffiċjali ġie identifikat bħala Alonso Garcia, u għandu 51 sena.

Il-Pulizija arrestaw b’kollox ħames persuni.

Minkejja li kien hemm din it-traġedja eżatt qabel il-partita, il-logħba saret xorta waħda kif programmat. Minkejja telfa ta’ 2-1, l-Ispanjoli għaddew għar-rawnd li jmiss.

B’kollox kien hemm mal-500 Pulizija fiz-zona biex jikkontrollaw lill-partitarji Russi.

Il-Prim Ministru Spanjol ikkundanna din il-vjolenza.