Il-Pulizija ta’ Scotland Yard qed jinvestigaw iċ-ċirkustanzi ta’ ittra mimlija bi trab abjad ‘imfisser bħala anthrax’ li ntbagħtet jiem ilu lill-attriċi Amerikana Meghan Markle, li se tiżżewweġ lill-Prinċep Harry tal-Ingilterra.
L-ittra li waslet fil-Palazz ta’ Kensington kienet indirizzata lil Meghan u lill-Prinċep waqt li qed ikun allegat li din kienet tinkludi wkoll messaġġ razzista.
L-analiżi tat-trab, ’il quddiem, irriżultat li dan ma kienx sustanza perikoluża.
Ir-rapporti qalu li, grazzi għall-miżuri tas-sigurtà effettivi, ‘il-pakkett’ spiċċa interċettat qabel wasal direttament lill-Prinċep u lill-għarusa tiegħu.
Fit-13 ta’ Frar li għadda, il-pulizija żvelat li kien intbagħat pakkett bit-trab abjad lill-Parlament ta’ Londra lill-Uffiċċju tal-Home Secretary, Amber Rudd. Anki f’dan il-każ instab li t-trab ma kienx perikoluż u l-pulizija, issa, qed tinvestiga jekk dan il-pakkett u l-ittra li ntbagħtet lil Harry u Meghan għandhomx konnessjoni.
Theddida lil Harry u Meghan


