L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ppubblika stħarriġ dwar it-tendenzi tal-Maltin fl-użu tal-informatika li uriet kif kienu żewġ terzi tan-nies li jużaw l-internet f’Malta, jiġifieri madwar 175,000 persuna, li fl-2017 xtraw onlajn. Dan ifisser żieda ta’ madwar 3,000 persuna fuq l-2016.
Ix-xiri onlajn ta’ ħwejjeġ u aċċessorji spotivi s-sena l-oħra baqgħu l-iktar popolari fost il-Maltin skont l-istħarriġ hekk kif dawn ix-xerrejja jammontaw għal ftit inqas minn 130,000, żieda ta’ madwar 1,800 xerrej fuq l-2016.
Żieda ta’ 7% ftit inqas minn 70,000 xerrej ġiet reġistrata fix-xerrejja onlajn ta’ biljetti tal-ivvjaġar u servizzi relatati iżda l-ikbar tkabbir ġie attribwit għal bejgħ ta’ prodotti tad-dar, films u mużika onlajn. Ix-xiri ta’ prodotti tad-dar ra żieda ta’ 20,000 xerrej għal ftit inqas minn 60,000 persuna filwaqt li x-xiri ta’ mużika u films irdupjat għal madwar 43,000 xerrej.
Il-Maltin jużaw l-internet l-iktar għall-midja soċjali u sabiex jikkorrispondu permezz bl-imejls, segwit mill-qari ta’ siti tal-aħbarijiet. L-aċċess tal-internet fuq il-mowbajl żdied ukoll għal total ta’ 83.4% ta’ dawk li jużaw il-mowbajl. Għalkemm l-internet huwa popolari fost iż-żgħażagħ bejn is-16 u l-24 sena, anzjani ta’ bejn 65 u 74 sena qajla jagħmlu użu mill-internet hekk ir-rata ta’ 40% tal-anzjani hija fost l-iktar rati baxxi.
//= $special ?>