Uffiċjal tal-Università Amerikana tal-Ġordaniżi rriżenja mill-kariga, u ħabbar li se jkun qed jagħmel protest ġudizzjarju biex iżomm lill-Università Amerikana ta’ Malta responsabbli minħabba d-danni li sofra.
Tisseddaq il-kriżi kaotika fl-Università Amerikana f’Malta, hekk kif l-eks Assistent Direttur tal-Ammissjoni ta’ din l-istituzzjoni qed jgħid li kien hemm ksur fil-kuntratt. Jordan Daniel Aird, ta’ nazzjonalita Ingliza daħal jaħdem f’dan l-irwol nhar l-1 ta’ Awwissu 2017 wara li kellu intervista suċċess fuq Skype. Huwa ffirma kuntratt ta’ tliet snin b’salarju annwali ta’ €45,000.
Jirriżenja mill-impjieg tiegħu ma’ Sheffield Hallam University biex ikun jista’ jibda jaħdem mal-American University of Malta.
Aird qal li hu kien assikurat li meta jiġi Malta fl-1 t’Awwissu hu kien se jiffirma l-kuntratt minnufih. Madanakollu meta daħal għall-ewwel jum tax-xogħol hu sab li l-kuntratt tiegħu għalkemm kien lest, kien għadu ma ġiex iffirmat mill-kumpannija nnifisha.
“Qed niġġieldu ma’ Sadeen” – l-Università Amerikana f’Malta
Storja li dehret fuq The Malta Independent tgħid li fit-29 t’Awwissu l-prepostu tal-Università, John Ryder jgħid lill-istess Aird li kien hemm il-problemi fil-kuntratt ħabba li kienu qed jiġġieldu ma’ Sadeen biex iżommu l-posizzjoni tagħhom. Huwa hawn ingħata kuntratt iżda flok ta’ €45,000, tawh $45,000, li bir-rati ta’ dak iż-żmien kienet tfisser ftit aktar minn €36,000. Dan ifisser li daħqu bih, hekk kif mill-ewwel suppost ftehim għal dan hemm differenza ta’ €10,000.
Mingħajr ebda triq oħra hu kellu jaċċetta dan il-kuntratt, minħabba li kien telaq ix-xogħol li kellu.
Spiċċa waħdu għalkemm suppost miegħu kellu tim
Mal-bidu tal-sena skolastika Aird kien qal kien mistenni jagħmel mirakli mingħajr lanqas biss ingħata laptop jew mowbajl biex jaħdem, waqt li kien fuq xogħol madwar pajjiżi fl-Ewropa u fl-Asja. Huwa infatti kellu juża l-aċċessjori personali.
Jissoktaw iżda aktar deċizzjonijiet li skont Aird komplew jġibulu x-xogħol tiegħu aktar diffiċli hekk kif ġew terminati żewġ ħaddiema oħra fi ħdan l-Università u hu kellu jassorbi x-xogħol tagħhom. Huwa stqarr infatti li kellu nuqqas ta’ assistenza u sapport minn oħrajn, fejn inkluż ukoll kellu jkun hu li jaġġorna s-sit elettroniku tal-Università.
L-Ingliż sostna li għalkemm talab żieda fil-paga, li għalkemm din ingħatat xorta ma kinietx tlaħħaq il-€45,000.
Lejn tmiem din il-kontroverzja, fid-19 ta’ Jannar ta’ din is-sena, Aird ġie mwiegħed li jkun id-Direttur tal-Ammissjoni u jingħata laptop u mowbajl biex jaħdem bihom. Huwa meta saqsa dwar il-paga, baqa’ ma ingħata l-ebda risposta. Minħabba f’hekk huwa ħass li ma kienx jiflaħ għal aktar abbuż fuq ix-xogħol u ta rriżenja, bil-passi li jmiss se jkunu proċeduri fil-Qorti min-naħa tiegħu.
//= $special ?>