Infermier sofra ġrieħi wara li qala’ daqqiet ta’ ponn ġo wiċċu minn raġel li nstab mitluq ħdejn il-Knisja Parrokkjali ta’ Bormla wara li allegatament għamel użu mid-droga.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-8 ta’filgħodu meta tim mediku mill-poliknika ta’ Raħal Ġdid issejjaħ biex jagħti l-ewwel għajnuna lir-raġel permezz ta’ambulanza.
It-tim mediku ħa lir-raġel il-poliknika iżda dan irnexxielu jaħrab mill-infermieri u ġera t-triq kollha tal-poliknika. Meta l-infermiera rnexxielhom jaqbdu lir-raġel, dan sar aggressiv u ta daqqiet ta’ ponn lil wieħed mill-infermiera. Persuna oħra mit-tim mediku spiċċat taqla’daqqiet fi spallitha filwaqt li l-aggressur beżaq liż-żewġ infermiera li kienu qed jagħtuh l-ewwel għajnuna.
Ir-raġel, li għandu 41 sena u huwa mill-Isla, inżamm mill-Pulizija għal iktar investigazzjoni.
L-infermier li qala’ d-daqqet ta’ ponn f’wiċċu sofra ġrieħi ħlief filwaqt li l-kundizzjoni tal-persuna l-oħra li sfat aggredit għadha mhijiex magħrfa.
//= $special ?>