Lokali

FILMAT: Ħtieġa ta’ konformità fil-liġijiet tal-whistleblowers fl-Ewropa – Francis Zammit Dimech

“Hu importanti li l-liġijiet dwar il-whistleblowers tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropeja ma jibqgħux fragmentati u jkun hemm konformità bejn il-pajjiżi membri, bl-għan aħħari li tingħata protezzjoni vera lil whistleblowers”.

L-MEP Francis Zammit Dimech saħaq dan f’intervent li għamel waqt laqgħa tal-Kumitat għall-Affarjiet Legali fil-Parlament Ewropew li għaliha attendiet il-Ministru tal-Ġustizzja tal-Bulgarija Tsetska Tsacheva Dangovska, il-pajjiż membru li bħalissa jokkuppa l-Presidenza tal-Unjoni Ewropeja.

Francis Zammit Dimech qal li l-protezzjoni tal-whistleblowers għanda tkun fuq nett tal-aġenda għaliex il-pjan oriġinali kien li din il-ħidma titwettaq sa tmiem l-2017. Francis Zammit Dimech appella li dan hu importanti wkoll għal Malta għaliex din il-kwistjoni tqajmet fid-dibbatitu tal-Parlament Ewropew dwar ir-rule of law f’Malta kif wkoll mid-delegazzjoni ad hoc li ġiet Malta.

Il-Minsitru tal-Ġustizzja tal-Bulgarija qablet ma’ Francis Zammit li l-Unjoni Ewropeja jeħtieġ jkollha kodifikazzjoni ġenerali dwar il-protezzjoni tal-whistleblowers.