Rapport: George Cassar
SENGLEA A……………2
ST. ANDREWS………..1
Senglea: M. Farrugia, R. Vella, J. Leyton, S. Uyi, J, Bondin, M. Garcia, H. Vella (S. Bonnici 74’), I. Paz, T. Vella, B. Gregori (B. Volpini 87’), A. Caseres (P. Sammut 77’)
St. Andrews: M. Calleja Cremona, J. Walker (T. Blagrove 56’), M. Gauci, A. Borg, J. Vandelenoitte, J. Farrugia, M. Grima (K. Atkinson 65’), M. Miranda Gomez, D. Jackson, K. Reid, T. Azian
Skorjaw: M. Garcia 3’ (Sng), J. Farrugia 78’ (SA), I. Paz 82’ (Sng)
Imwissija: M. Garcia 4’ (Sng), M. Grima 28’, J. Vandelenoitte 62’, M. Gauci 72’, M. Calleja Cremona 76’, T. Blagrove 89’ (SA), J. Leyton 91’ (Sng)
Referee: Sandro Spiteri
Assistenti Referees: Luke Portelli, Peter Abela
Il-Mument Plejer tal-Logħba: Ivan Paz (Senglea Athletic)
Senglea Athletic komplew mexjin lejn salvazzjoni kmieni hekk kif ilbieraħ għelbu lil St. Andrews u nqatgħu minnhom b’sitt punti. Għal St. Andrews din kienet telfa wara erba’ logħbiet li minnhom dejjem ħadu l-punti.
Għas-Sengleani kellu partita ferm pożittiva Ivan Paz li donnu ried juri x’jaf lit-tim li lagħab miegħu s-sena l-oħra. Kienu hu li pprovda l-ewwel gowl u eventwalment kien l-eroj bil-gowl deċiżiv.
Senglea ma ħallewx wisq l-iskor 0-0 għax skorjaw wara inqas minn tliet minuti. Il-free-kick ta’ l-eks Ivan Paz kien komplut għal ġox-xibka bir-ras minn Matias GARCIA. L-Arġentin iċċelebra gowl billi qabad il-bandiera tal-korner u bidilha f’arma tan-nar li biha beda jispara lejn il-plejers b’dawn jaqgħu mal-art wieħed wieħed.
F’nofs l-ewwel taqsima Senglea għal ftit ma rduppjawx il-vantaġġ meta Terence Vella kkontrolla tajjeb il-kross mix-xellug ta’ Ivan Paz iżda kien sfortunat li x-xutt tiegħu laqat il-mimduda. Qrib in-nofs siegħa logħob ir-referee Sandro Spiteri fuq indikazzjoni tar-raba’ uffiċjal Eman Grech keċċa lit-Team Manager ta’ St. Andrews Alex Busuttil minħabba protesti.
Fit-78 minuta. St. Andrews skorjaw meta Tano Azian waqqa’ l-ballun lil Joseph FARRUGIA li b’xutt fil-baxx għeleb lill-gowlkiper Matthew Farrugia fir-rokna tal-lemin. Madankollu l-aħħar kelma tkun tal-Isla hekk kif tmien minuti mit-tmiem skorjaw il-gowl tar-rebħa mill-aħjar plejer fil-grawnd Ivan PAZ li għeleb lil Matthew Calleja Cremona bi free-kick imdawwar għar-rokna ta’ fuq.
Fil-ħames minuti mogħtija żejda mir-referee, Senglea kellhom żewġ kontrattakki li fihom kienu qrib li jżidu iktar gowls. L-ewwel meta Matias Garcia ra lill-gowlkiper Calleja Cremona jgħin fl-attakk u xxuttja lejn lasta vojta mill-bogħod iżda x-xutt marlu barra. Minuta wara s-sostitut Peter Sammut kellu x-xutt tiegħu milqugħ mill-gowlkiper tal-Vjola, b’Terence Vella jieħu l-ballun mitluf iżda b’lasta vojta laqat biss il-wieqfa.
Din it-telfa żiedet il-pressjoni fuq St. Andrews għall-partita tal-ġimgħa d-dieħla fejn għandhom konfront dirett kontra Naxxar Lions li issa qegħdin biss punt taħthom.
//= $special ?>