Lokali

Ħidma ta’ salvataġġ fi Mġarr ix-Xini wara li raġel inqabad fl-irdum

Kmieni waranofsinhar, ħaddiema ta’ salvataġġ wettqu ħidma fl-irdum ta’ Mġarr ix-Xini, f’Għawdex hekk kif jidher Għawdxi mis-Sannat, ta’ 58 sena kien maqbud bejn il-blat tal-istess irdum. Ir-raġel stess ċempel għall-għajnuna wara li nqabad bejn il-blat tal-irdum.

Fuq il-post kien hemm ħaddiema tas-salvataġġ tal-Prortezzjoni Ċivili fuq l-art u kif ukoll il-Forzi Armati ta’ Malta li kienu qed iwettqu l-ħidma mill-ajru, permezz ta’ ħelikopter. Rapporti qalu li l-lokazzjoni tar-raġel instabet permezz ta’ drone. L-ERRC użatt ambulanza u żewg vetturi oħra tas-salvataġġ, kif ukoll intuża drone li huwa intenzjonat apposta għal dawn is-sitwazzjonijiet.

Ir-raġel kien ilu madwar siegħa mwaħħal mal-Irdum. Huwa ttella’ lura b’ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Ir-raġel ittieħed l-isptar ġenerali t’Għawdex wara li sofra minn xi ġrieħi ħfief.

L-ERRC hija organizzazzjoni volontarja, karitatevoli u mhux għall-profitt li għandha l-għan ewlieni li tipprevjeni u tiffaċilita sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jinvolvu persuni f’riskju.