Wara t-telfa fl-aħħar logħba kontra Genoa, Inter irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Benevento 2-0 f’San Siro. Inter sabuha diffiċli biex joħolqu ħafna azzjonijiet perikolużi u f’xi fażijiet tal-logħba, kienu aktar l-avversarji li resqu qrib il-gowl.
Kien fis-66 minuta li Inter fetħu l-iskor meta minn korner mil-lemin, MILAN SKRINIAR antiċipa l-ħarġa ta’ Christian Puggioni u skorja b’daqqa ta’ ras. Tliet minuti wara Inter irduppjaw. Din id-darba kien free-kick ukoll mil-lemin, bil-captain fil-ġurnata ANDREA RANNOCHIA jtir minn tulu biex b’daqqa ta’ ras oħra għeleb lil Puggioni.
B’din ir-rebħa, Inter reġgħu telgħu momentarjament fit-tielet b’51 punt, punt aktar minn Roma u tnejn minn Lazio li jkunu fl-azzjoni għada kontra Milan u Sassuolo rispettivament.
Fil-logħba l-oħra, Bologna għelbu 2-0 lil Genoa fi Stadio Renato Dell’Ara biex telgħu fil-11-il post bi 33 punt daqs Udinese. Il-gowls waslu wkoll fit-tieni taqsima, b’MATTIA DESTRO jiftaħ l-iskor fid-49 minuta biex CESAR FALLETTI għalaq il-logħba fit-72 minuta.
//= $special ?>