Lokali

Jitneħħew aktar billboards

Fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u lbieraħ, l-Awtorità tal-Ippjanar neħħiet numru ta’ billboards illegali.

Fi stqarrija, l-Awtorità tal-Ippjanar qalet li l-ħidma kienet kordinata mal-Pulizija biex b’kollox tneħħew 12-il billboard ta’ natura kummerċjali f’numru ta’ lokalitajiet, fosthom Ħal Qormi, l-Imsida, il-Kappara, is-Swieqi u Pembroke.

Dawn l-azzjonijiet huma l-istess bħall-azzjonijiet ta’ meta kienu tneħħew numru ta’ messaġġi politiċi b’appell għall-ġustizzja wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Filwaqt li qed jitneħħew numru ta’ billboards illegali ta’ natura kummerċjali, ħafna staqsew jekk it-tneħħija ta’ posters politiċi jammontax għal ksur tal-libertà tal-espressjoni.