Żdiedet iċ-ċifra tal-mejtin b’kaġun ta’ żewġ splużjonijiet ta’ karozzi-bomba f’Mogadishu, il-kapitali tas-Somalja, b’uffiċjali tal-Gvern jikonfermaw ‘talanqas 45 vittma ( ‘il fuq mit-tmintax irrappurtati inizjalment)’.
L-isplużjonijiet kienu seħħew matul il-lejl tal-Ġimgħa u s-Sibt, bil-militanti tal-grupp Al Shabaab, li għandhom ir-rabtiet mal-Al-Qaeda, jieħdu r-responsabbiltà għall-istraġi viċin ir-residenza tal-President Somalu u lukanda taz-zona. Intant, l-awtoritajiet ikkonfermaw talanqas 40 midruba b’kaġun tal-isplużjonijiet, meta mifhum li ‘instabu ħafna vittmi fl-inħawi tal-lukanda partikulari’.
Il-grupp Al Shabaab irid iwaqqa’ lill-Gvern Somalu preżenti waqt li jimponi l-versjoni stretta tiegħu tal-liġi Iżlamika madwar is-Somalja. Il-militanti inkwistjoni qatlu mijiet ta’ ċivili madwar l-Afrika tal-Lvant minbarra eluf ta’ Somali, waqt rewwixta li ilha għal aktar minn għaxar snin.
//= $special ?>

