It-tim nazzjonali Skoċċiż ħasad lil dak Ingliż b’rebħa ta’ 22-13 biex kisbu l-ewwel rebħa fuq l-Ingilterra mill-2008 u fetħu t-taqtigħa għar-rebħ tas-Six Nations beraħ.
Huw Jones skorja żewġ tries, biex kien l-ewwel try kontra l-Ingilterra f’darhom f’14-il sena, b’Sean Maitland jikseb try ieħor bl-Iskoċċiżi b’vantaġġ parzjali ta’ 22-6. Owen Farrell skorja żewġ penalties, u t-try tiegħu b’conversion qatgħu d-distakk għal disa’ punti. Iżda l-penalty ta’ Finn Russell għalaq il-logħba.
Fil-logħba l-oħra, l-Irlanda għelbet lil Wales 37-27 biex resqu potenzjalment eqreb għal Grand Slam, bl-Irlandiżi skorjaw ħames tries fil-logħba. B’din it-telfa Wales temmew it-tamiet li jirbħu dan it-tournament bl-ewwel telfa kontra l-Irlanda mill-2014.
//= $special ?>