Internazzjonali

Sigurtà fost protesti fl-ibliet ewlenin tal-Italja

Eluf ta’ pulizija fl-Italja qed isegwu dimostrazzjonijiet  li bdew ftit tal-ħin ilu minn gruppi estremisti tal-lemin u oħrajn anti-faxxisti.

Il-pulizija jinsabu stazzjonati fl-aktar zoni sensittivi ta’ Ruma, Milan u Palermo, fejn il-protesti kapaċi jattiraw ‘il fuq minn 20,000 dimostrant. Fil-fatt, madwar 3,000 pulizija kienu mobilizzati f’Ruma biex jikkontrollaw il-folol waqt diversi dimostrazzjonijiet u marċi ta’ protesta.

Il-konfronti vjolenti fl-Italja bejn l-antifaxxisti u l-attivisti estremisti tal-lemin żdiedu f’dawn il-ġimgħat meta l-Italja qed tħejji għall-elezzjoni ġenerali tax-xahar id-dieħel.