Sport Sport Ieħor

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt it-23 sena hu ċ-Champion Ewropew tal-Pool

It-tim nazzjonali tal-Pool ta' taħt it-23 sena

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt it-23 sena huma ċ-Champions il-ġodda tal-Ewropa tal-Pool wara li fil-finali għelbu lill-Iskozja 5-1. It-tim Malti mmexxi minn Jason Agius kien magħmul minn Dejan Grech, Ryan Pisani, Ryan Falzon u Scott Muscat.

Minbarra dan is-suċċess, Ryan Pisani rebaħ l-unur tal-aħjar plejer tat-tournament filwaqt li Scott Muscat wasal sas-semifinali tal-Kampjonat tal-Individwali fl-istess kategorija. Il-Kampjonati li saru f’pajjiżna kienu l-akbar li saru fl-istorja tal-Pool u l-Malta Pool Association. Malta se terġa’ tkun qed torganizza dawn il-Kampjonati fl-2020.

Tags