Għadda xahar minn meta l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sfida lill-Prim Ministru Joseph Muscat għal dibattitu – iżda s’issa l-ebda risposta għadha ma waslet mill-Uffiċju tal-Prim Ministru li tilqa’ din l-isfida.
L-isfida kienet saret ftit wara li qamet id-diskussjoni dwar is-saltna tad-dritt, fejn kien ġie implikat li l-Partit Nazzjonalista qed jaqbel mal-Gvern li f’Malta m’hawnx problema ta’ saltna tad-dritt. Madanakollu, fuq Twitter mal-ewwel kien ħareġ bir-reazzjoni tiegħu l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fejn ċaħad dan kollu – u sfida lill-Prim Ministru Joseph Muscat għal dibattitu.
Iżda issa għadda kwazi xahar – u Joseph Muscat għadu ma tax risposta.
Always ready to debate @JosephMuscat_JM on rule of law. @OwenBonnici is welcome to join and listen.
— Adrian Delia (@adriandeliapn) January 28, 2018
NET News jista’ jikkonferma wkoll li saru stediniet għall-dibattitu minn żewġ programmi li jixxandru fuq l-istazzjon nazzjonali għal dibattitu bejn iż-żewġ mexxejja – kemm minn Xarabank u anke Xtra. Għal dawn iż-żewġ stediniet, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia aċċetta li jattendi, iżda għall-kuntrarju ta’ dan – il-Prim Ministru Joseph Muscat ma aċċettax li jiddibatti mal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.
Dan l-aġir, fejn il-Prim Ministru Joseph Muscat jaħrab mill-għajn tal-poplu Malti u d-dibattiti, hu sinonimu miegħu – hekk kif anke mal-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, Joseph Muscat kien dejjem jirrifjuta li jiddibatti fi programmi televiżivi, sakemm ma jkunx daru mal-ħajt.
//= $special ?>