Għadd sostanzjali ta’ muturi kienu qed isuqu fid-direzzjoni ta’ San Ġiljan, meta tnejn minnhom skiddjaw fuq diesel li kien għadu kemm ħareġ minn Jeep.
Sewwieq ta’ mutur jitlef il-kontroll tal-mutur tiegħu fi Triq il-Kosta fin-Naxxar. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14.30.
Wieħed mis-sewwieqa tal-mutur weġġa’ ħafif, iżda l-ieħor kellu jittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.
Minbarra l-Pulizija, fuq il-post marru wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jitfgħu t-trab fuq il-fjuwil.
//= $special ?>