Lokali

Ċempel lill-Pulizija jekk tara dan il-vann

Fuq Facebook qed isir appell biex min jara l-vann tar-ritratt (fuq), jirrapporta minnufih lill-Pulizija. Dan hekk kif il-vann ġie misruq minn persuna jew persuni mhux magħrufa.

Il-vann kien ipparkjat Birkirkara meta nsteraq. Fil-messaġġ tagħhom fuq Facebook, is-sidien tal-vann qalu li l-aħħar li l-vann intlemaħ kien fis-6 ta’ filgħodu ġewwa Psaila Street, Birkirkara. Skont l-istess messaġġ, il-persuna li kienet qed issuq il-vann kienet liebsa track suit ta’ lewn blu.

Il-vann hu abjad għajr għall-bonett li hu sprejjat iswed. In-numru tal-pjanċa huwa IBC 643.