Internazzjonali

FIĊ-ĊINA: Lejn t-tneħħija tar-restrizzjoni ta’ mandat ta’ President

Il-Partit Komunista Ċiniż ippropona xi bidliet fil-Kostituzzjoni biex titneħħa r-restrizzjoni ta’ żewġ mandati ta’ ħames snin għal persuna fil-kariga ta’ President.
Dan il-pass ikun ifisser li l-President attwali, Xi Jinping, ikun jista’ jibqa’ fil-kariga. Diġá kien hemm indikazzjonijiet li Xi ried jibqa’ fit-tmexxija wara li jiskadilu l-mandat fl-2023.
Il-proposta issa se titressaq quddiem il-Kungress – il-verżjoni Ċiniża tal-Parlament – fil-5 ta’ Marzu.
Xi ilu President mill-2013 u skont ir-regoli preżenti jintemmlu l-mandat fl-2023.