Futbol Lokali Saħħa

FILMAT: “Issa qed inħossni ferm aħjar għax issa nista nilgħab il-futbol”- Nigel

Iċ-ċkejken Nigel irritorna mat-tim tal-futbol li kien jitħareġ miegħu qabel. Dan wara l-intervent mediku li għadda minnu, fejn ingħatatlu qalb ġdida.

Filfatt Nigel qed jerga’ jilgħab il-futbol ma’ sħabu wara li għamel għaxar xhur l-Ingilterra.

Morna fil-ground tal-Higher Secondary fin-Naxxar fejn iltqajna ma’ Nigel li kien qiegħed waqt sessjoni ta’ taħriġ ma’ sħabu tan-Naxxar Lions Nursery.

L-attività kienet organizzata apposta għal Nigel, u waqt dan l-avveniment, Nigel ingħata rigal minn Nursery u ieħor mingħand il-Malta Football Association.

Tkellimna ukoll mal-kowċ ta’ Nigel, Kurt Baldacchino li qalilna li Nigel huwa ta’ ispirazzjoni għall-plejers l-oħra.

Nigel esprima magħna l-ferħ li kien qed iħoss hekk kif minn issa ta’ kull gimgħa ser ikun qed jitħarreġ mat-tim.