Bdew jitqassmu l-fondi li nġabru matul il-maratona b’risq il-missjoni li saret matul ix-xahar li ghadda. Il-maratona kienet organizzata mill-Fondazzjoni U.
B’kollox kienu nġabru aktar minn €280,000 b’risq aktar minn 14-il għaqda li jagħmlu xogħol f’diversi pajjiżi fil-bżonn madwar id-dinja.
NET News tkellem ma’ Dun Ġwann mill-Fondazzjoni U li rringrazzja lil dawk kollha li bi ftit flus ħasbu f’dawk li m’għandhomx il-bżonnijiet bażiċi.
Dun Ġwann qalilna wkoll li bħalissa għaddej ġbir ta’ fondi b’risq is-Sorijiet tad-Dumnikani biex anke dawn ikunu megħjjuna fil-ħidma missjunarja tagħhom.
Il-maratona b’risq il-missjoni għandha l-mira li mhux biss tinħolq tibissima fuq fomm min qed jgħix fil-faqar imma ħidma li toħloq sistema ta’ kif il-persuna tkun tista’ tgħajjex lilha nnfisha.
//= $special ?>