Lokali

FILMAT: Jiddiskrivu lil Francois bħala ‘bniedem ferrieħi’

Is-sewwieqa tal-muturi jqajmu kuxjenza għal trakka f'Malta

Numru ta’ sewwieqa tal-muturi iltaqgħu sabiex iqajmu kuxjenza sabiex tinbena trakka, kemm għal-muturi, kif ukoll għal-karozzi, fejn il-fondi minn din l-attività kienu kollha b’risq Puttinu.

Il-grupp riders espremew magħna l-importanza li jaraw li f’Malta jkollna trakka. Dan sabiex isservi lil dawk li huma intiżi u entużjasti b’mod sikur, filwaqt li tneħħi l-periklu mit-toroq.

Net News tkellem ma’ wieħed mill-membri ta’ dan il-grupp fejn qalilna l-bżonn li Malta jkollna trakka. Huwa qalilna ukoll li sa issa għad m’hemm l-ebda ħsieb jew pjan li din it-trakka timmaterjalizza ruha.

Waqt l-attivita’ tfakkret ukoll il-memorja ta’ Francois Bajada, ir-raġel ta’ 36 sena li ftit tal-jiem ilu miet ħabta u sabta.

Francois kien wieħed mill-fundaturi ta’ dan il-grupp u kellu ħafna għal qalbu il-muturi.

RITRATTI: Tal-muturi jsellmu lil Francois għall-aħħar darba