Nhar is-Sibt Lionel Messi waqqaf rekord ieħor fil-karriera glorjuża tiegħu.
Dan meta sab ix-xibka fir-rebħa ta’ 6-1 li Barcelona kisbu kontra Girona biex b’hekk, b’kollox, skurja kontra t-36 tim li jilgħab fil-La Liga.
L-ebda plejer ma skurja kontra daqstant timijiet li lagħbu fl-ogħla diviżjoni Spanjola.
L-eksplejer leġġendarju ta’ Real Madrid Raul u l-veteran ta’ Athletic Bilbao Aritz Aduriz skurjaw kontra 35 tim filwaqt li r-rivali ta’ Messi, Cristiano Ronaldo ta’ Real Madrid skurja kontra 31 tim Spanjol.
//= $special ?>