Is-sorsi fi ħdan il-Partit Laburista li qed jikxfu dak li qed jiġri wara l-kwinti, ikkonfermaw li l-Viċi Prim Ministru u Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Fearne qed jiġi mċaħħad milli jipparteċipa fil-programm LEAD li tmexxi Miriam Dalli.
il-gazzetta il-mument illum żvelat li waħda min-nisa li tkellmu mal-gazzetta żvelat kif dan il-programm LEAD mhu xejn ħlief farsa u degradazzjoni tal-mara. Ikkonfermat li persuni qrib Chris Fearne qalulha li l-Viċi Prim Ministru talab b’mod informali li jindirizza waħda mis-sezzjoni tal-programm LEAD, iżda din it-talba ġiet miċħuda.
Sadattant, it-Tmexxija tal-Partit Laburista, b’mod partikulari dawk direttament involuti fil-programm LEAD, kif ukoll dawk madwar l-Ewroparlamentari Laburista Miriam Dalli, jinsabu serjament inkwetati dwar il-leakages interni direttament lil il-mument u fil-fatt jinsabu f’kaċċa diskreta biex jippruvaw jaqbdu liż-żewġ parteċipanti li fil-ġimgħat tkellmu u żvelaw fatti xokkanti dwar dan il-programm.
Matul il-ġimgħa li għaddiet sar eċerċizzju biex jiġu identifikati t-tfajliet li appoġġaw lil Chris Fearne kemm fl-elezzjoni kif ukoll għall-ħatra ta’ deputat mexxej. Jidher li qed iwaħħlu f’dawn in-nisa li qed jikxfu dettalji sensittivi.
Il-parteċipanti mhux biss qed ikunu mwissija biex ma jitkellmux ma’ ġurnalisti tal-Partit Nazzjonalista u anki tal-midja indipendenti, iżda ngħadilhom ukoll li kemm-il darba dawn isibu lil xi midja tistennihom jew lil xi ġurnalist jistaqsihom dwar dan il-programm LEAD, ma jwieġbu assolutament xejn u jinfurmaw mill-ewwel lid-diriġenti tal-programm.
Aktar dettalji fil-ħarġa tal-lum ta’ il-mument
//= $special ?>