Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew msejħa fil-Furjana hekk kif karozza pparkjata nbelgħet min-nirien.
Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu għall-ħabta ta’ 2AM fi Triq l-Iljun kantuniera ma’ Triq l-Argotti – hekk kif għal xi raġuni vettura tat-tip Pegeout 407 nħakmet mill-fjammi . Fuq il-post issejħu uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll pumpiera sabiex ikkontrollaw in-nirien.
Filwaqt li fortuntament ħadd ma ndarab fl-inċident, il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa.
//= $special ?>