Samir Nasri, eksplejer ta’ Man City u Arsenal ġie sospiż għal sitt xhur mill-UEFA wara li sar magħruf li qabeż il-limitu ta’ doża ta’ trattament partikolari lura fl-2016. Dakinhar, hu kien qed jilgħab mal-klabb Spanjol ta’ Sevilla meta kien misluf lilhom minn Man City.
F’Diċembru tal-2016 Nasri ħassu ma jiflaħx u immedjatament ingħata l-mediċina mingħand kumpanija privata li tinsab fl-Istati Uniti.
Madankollu d-doża li ngħata taqbeż il-limitu stipulat mill-Aġenzija Dinjija ta’ kontra d-Doping (WADA) u b’hekk il-UEFA tatu sospensjoni ta’ sitt xhur.
//= $special ?>