Futbol Internazzjonali Sport

RITRATTI: Juventus v Atalanta posposta minħabba l-borra

Il-partita tas-Serie A bejn iċ-champions Juventus u Atalanta ġiet posposta minħabba l-borra li ħakmet il-belt ta’ Turin. Skont l-ewwel rapporti l-logħba issa se tintlagħab fl-14 ta’ Marzu.

Juventus bħalissa jinsabu punt taħt il-liders Napoli li jkunu fl-azzjoni nhar it-Tnejn kontra Cagliari.

F’Turin bħalissa hemm numru ta’ Maltin li telgħu apposta biex jaraw il-logħba. Id-data ta’ meta se ssir il-logħba minflok għad trid titħabbar.