Milan komplew jimpressjonaw hekk kif rebħu 2-0 barra minn darhom kontra Roma biex komplew joqorbu lejn ir-raba’ post. Huma laħqu lil Sampdoria fis-sitt post.
Grazzi għal din ir-rebħa kompla l-mument tajjeb li jinsabu fih ir-Rossoneri li ilhom tmien partiti bla telfa. Din kienet l-ewwel rebħa ta’ Milan barra minn darhom kontra Roma fil-kampjonat sa mill-2011.
Milan ma tantx impressjonaw u fil-fatt skurjaw bit-tieni xutt tagħhom. Fit-48 minuta kien CUTRONA li skurja mill-viċin wara li rċieva mingħand Suso.
Kwarta mit-tmiem Milan issiġillaw ir-rebħa b’gowl ta’ CALABRIA li qabbeż il-ballun minn fuq il-gowlkiper.
//= $special ?>