Lokali Qorti

Tingħata l-ħelsien mill-arrest wara li kkaġunat xi ħsarat fuq vettura tal-Pulizija

Kolombjana ingħatat il-ħelsien mill-arrest wara li tressqet il-Qorti akkużata li kkawżat xi ħsarat fuq vettura privata u vann tal-Pulizija.

Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu fi Triq Santu Wistin f’San Ġiljan meta allegatament Lina Marcela Serna Mesa qalgħet mera ta’ karozza, madanakollu sidha ma riedx jiġi kkumpensat tal-ħsara. Dan filwaqt li mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li kkawżat għafsa fuq il-vann tal-Pulizija, ħsara li ma taqbiżx il-€500.

Il-mara ta’ 35 sena ngħatat il-ħelsien mill-arrest mill-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat tal-Għassa Aaron Buġeja fuq garanzija personali ta’ €2,000 kif ukoll li tmur tiffirma l-Għassa ta’ San Ġiljan nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u sibt bejn it-8am u t-8pm.