Internazzjonali

Titriegħed l-art fir-reġjun tal-Friuli fl-Italja

Kien hemm sensiela ta’ theżżiżiet fir-reġjun Taljan tal-Friuli fl-inħawi ta’ Forni di Sotto f’Udine. Il-qawwa tat-tħeżżiż kien ivarja minn 3.9 fuq l-Iskala Richter għal 1.1. It-tħeżżiż tal-art inħass tul zona vasta b’rapporti anki mill-Veneto.
S’issa ma kien hemm rapporti ta’ vittmi imma ħolqu paniku kbir fost il-popolazzjoni.