“We are with no director. We have been like this for ages now. We would like to have someone to take care of us. We are being controlled by a women that has no experience at all in prison system. All the authority is Labour Party. They came to work with us since the election of 2013. A big problem is about the drugs inside here. It is too much. We have too much drugs inside here.”
Hekk tibda ittra ta’ uffiċjal tal-ħabs u li kienet żvetat llum fil-gazzetta il-mument. l-ittra hi miktuba minn priġunier f’Diviżjoni Wieħed tal-ħabs li fiha jiżvela fatti importanti li l-istess uffiċjal li għaddielna din l-ittra, ikkonferma u żied jgħid li b’dawn il-fatti taf tajjeb it-tmexxija tal-ħabs, iżda għal xi raġuni jew oħra ma tridx tieħu passi.
Jirriżulta wkoll numru ta’ fatti fosthom, kif f’nofs din il-ġimgħa, sar test tal-urina dwar droga fost il-priġunieri nisa kollha. Dan it-test sar wara l-fall-in ta’ filgħodu u ġara li persentaġġ kbir tal-priġunieri nisa, irriżultaw fil-pożittiv jew għad-droga sintentika jew għad-droga kannabis.
Jirriżulta fit-test li sar kmieni filgħodu din il-ġimgħa, li numru kbir ta’ priġunieri nisa kienu diġà pożittivi għad-droga li hi faċli ħafna biex issib internament fil-ħabs.
Dawn il-priġunieri li nstabu pożittivi għad-droga, kienu infurmati li kienu tilfu xahar remission. Fid-dawl ta’ dan, kien hemm numru ta’ priġunieri li appellaw minn dan ir-riżultat u l-uffiċjali tal-ħabs bagħtu kampjuni tal-urina ta’ dawn il-priġunieri biex ikunu ttestjati wkoll fil-laboratorju tal-Isptar Mater Dei. Madankollu, kien hemm priġunieri oħra li ma kkontestawx dan ir-riżultat, u li allura tniżżlu fis-single room bħala miżura ta’ dixxiplina.
Nifhmu li f’mument minnhom, priġuniera qalet il-hairpin li kellha ma’ xagħarha, u minnha ħadet il-molla u belgħetha. Indunaw b’dan xi uffiċjali tal-ħabs u din il-priġuniera kellha tittieħed fil-Poliklinika ta’ Raħal Ġdid fejn instab li l-priġuniera kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei.
l-istorja kollha fil-ħarġa tal-lum tal-gazzetta il-mument
//= $special ?>