Mara li l-identità tagħha għad mhix magħrufa nqabdet minn kameras tas-sigurtà waqt li timla’ l-basket personali tagħha u l-bwiet b’affarijiet li serqet minn ħanut tal-merċa li jinsab f’San Ġwann.
Il-mara qattgħet ħin twil iddur mal-ħanut sakemm fl-aħħar marret fuq quddiem tal-ħanut fejn wieħed iħallas, fl-istess waqt li titkellem fuq il-mobile. Kien hawn li f’daqqa waħda lill-kaxxiera qaltilha li se jkollha titlaq malajr u allura ħalliet ix-xirja mal-art.
Sfortunatament kien tard wisq meta tqanqal suspett fil-mara li kienet laħqet telqet bl-affarijiet moħbija.
Dwar dan il-każ sar rapport lill-Pulizija fl-għassa ta’ San Ġwann, bis-sidien tal-ħanut li qed jitolbu l-għajnuna tal-pubbliku bl-iskop li jsir magħruf min hi din il-mara u ssir ġustizzja.
//= $special ?>