“Il-Partit Nazzjonalista mhux biss irid jisma’ liż-żgħażagħ, iżda jrid isir żagħżugħ hu”, kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista.
Fil-messaġġ tiegħu fid-Dar Ċentrali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia appella liż-żgħażagħ preżenti biex jemmnu li huma jistgħu jbiddlu pajjiżna. Tenna li hu ma jixtieqx li MŻPN tkun biss fergħa fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, iżda trid tkun il-mutur li tbiddel il-Partit b’mod rivoluzzjonarju.
Il-membri fl-Eżekuttiv tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista il-ġdid huma dawn:
- Joseph Grech – President
 - Nicky Azzopardi – Viċi President
 - Emma Portelli Bonnici – Segretarju Ġenerali
 - Courtney Farrugia – Assistent Segretarju Ġenerali
 - Michael Piccinino – Segretarju Internazzjonali
 - Carina Suda – Teżorier
 - Jamie Vella – PRO u Segertarju għall-Informazzjoni
 - Amii Camilleri – Koordinatur għall-Media u Marketing
 - Daniel Vella Fondacaro – Koordinatur għall-Politika
 - James Aaron Ellul – Koordinatur għall-Politika
 - Martina Brancaleone – Koordinatur għall-Attivitajiet
 - Jean Carl Agius Ciscaldi – Koordinatur għall-Attivitajiet
 - Jeremy Cardona – Votanti Ġodda
 - Marylyn Sammut – Votanti Ġodda
 - Karl Buttigieg – Koordinatur għal Għawdex
 







