Internazzjonali

Il-Pulizija teskludi t-terroriżmu wara l-isplużjoni ta’Leicester

Il-Pulizija Ingliża qed teskludi li kien hemm terroriżmu wara l-isplużjoni fatali li kien hemm f’Leicester.
Splużjoni li qatlet erba’ persuni u li ħalliet erba’ persuni oħra rikoverati l-isptar b’waħda minnhom f’kundizzjoni serja. L-isplużjoni seħħet f’supermarket bi flat ta’ żewġ sulari fuqu. Bini li bl-isplużjoni krolla u ħa n-nar.