Ġurnalist investigativ Slovakk flimkien mal-għarusa tiegħu nstabu maqtula fir-residenza tagħhom. Is-suspetti ewlenin huma li l-koppja nqatlet minħabba r-rapporti li l-ġurnalist, Jan Kuciak ta’ 27 sena, kien qed jikteb fuq l-Internet dwar il-korruzzjoni fil-pajjiż.
Kuciak u l-għarusa tiegħu nstabu fir-residenza tagħhom f’Velka Maca, fil-Lvant tal-kapitali Bratislava. Huma nstabu wara li l-qraba tagħhom għamlu rapport mal-Pulizija.
Robert Fico, il-Prim Ministru Slovakk, qal li jekk jirriżulta li l-koppja nqatlet minħabba l-kitba ta’ Kuciak dan hu attakk bla preċedent fuq il-libertà tal-istampa u d-demokrazija fis-Slovakkia. Il-Kelliem għall-Pulizija qal li Kuciak inqatel minn tiri f’sidru filwaqt li l-mara nqatlet minn tiri f’rasha.
Kuciak kien qed jaħdem għas-sit eletroniku Aktuality.sk u kien jikteb l-aktar dwar l-evażjoni tat-taxxa. Fl-aħħar storja ta’ Kuciak, hu kiteb dwar negozjant li kien biegħ l-appartamenti lill-kumpanija tiegħu stess. Negozjant li s-sena li għaddiet kien hedded lil Kuciak u kien għamel rapport mal-Pulizija. Rapport li ilmenta l-pulizija naqsu li jieħdu azzjoni dwaru.
Wara l-qtil, il-Pulizija pprovdiet protezzjoni lil xi kollegi ta’ Kuciak li jaħdmu mal-Aktuality.sk.
//= $special ?>

